Logo and campaign image
Campaign theme
ENERGIJA: AD ghandha l-energija li tirraprezenta l-aspirazzjonijiet ta’ numru kbir ta’ Maltin, Ghawdxin u residenti ohra f’Malta li jridu kwalita ta’ hajja ahjar permezz tal-infurzar u t-tishih favur ic-cittadin tal-ligijiet ambjentali Ewropej. Ghandna l-energija biex nimbuttaw flimkien mal-Greens fil-Parlament Ewropew dak li qed insejhu ‘GREEN NEW DEAL’ ghall-kreazzjoni tax-xoghol ‘green-collar’ madwar l-Ewropa kollha inkluz f’Malta. Ghandna l-energija li nindirizzaw temi li haddiehor jibza minnhom imma li huma importanti ghax joffru nifs u soluzzjoni legali lil eluf ta’ nies: drittijiet u obbligi indaqs ghal kulhadd fejn jidhol id-divorzju u drittijiet civili ohrajn. ESPERJENZA: AD ghandha esperjenza twila ta’ hidma flimkien fl-istrutturi politici Ewropej. Ghandna r-rispett tal-grupp politiku taghna u rekord tajjeb hafna kemm lokali, kif ukoll internazzjonali. Flimkien mal-European Green Party ghandna l-ideat u l-vizjoni li nahdmu ghal Malta ahjar f’UE ahjar. EWROPA: AD haddnet valuri Ewropej u pluralisti sa mill-bidu u kienet konsistenti tul dawn is-snin kollha. MPE tal-AD jahdem fi grupp ta’ aktar minn 40 membru u jkun hemm vuci li ssemma’ l-aspirazzjonijiet ta’ hafna Maltin u Ghawdxin b’vizjoni moderna ghall-pajjizna fl-Unjoni Ewropea. Would you like to comment?Sign up for a free account, or sign in (if you're already a member). |
[?]
Additional Information
|